- BOV Mobile 79096249
Kien Settembru tas-sena l-oħra (2020), meta Joe Debono tkellem għall-ewwel darba b’mod pubbliku dwar il-marda newreloġika li għandu. Il-pubbliku kien mdorru jara lil Joe Debono bhala komiku u attur. Snin ilu Joe Debono kien ukoll jinterpreta l-karattru komiku ta’ James Bondin fil-programm Xarabank. Waqt Xarabank Speċjali, Joe Debono rrakkonta kif is-sena l-oħra waqt li kien qed jilgħab it-tennis beda jbati biex joħroġ il-blalen mill-but. Joe beda jesperjenza wkoll waqat spissi. Wara ħafna testijiet u operazzjoni f’għonqu baqa’ ma rkuprax u hemm induna li kellu l-ALS.
Bjorn Formosa dejjem ra kif għamel biex sa’ mill-ewwel ġurnata jgħin lil Joe Debono f’kollox. Dan issir ma kull pazjent li jkollu l-ALS, MS u mard newreloġiku ieħor.
“Lil Joe niftakarni kont ammiratur kbir tiegħu meta kont żgħir. Kont inkun ħerqan biex narah. Xħin sirt naf li hu wkoll għandu l-ALS bhali kien xokk kbir. L-ALS tista’ taqbad lil kulħadd! Mill-ewwel provdejtlu l-għajnuna li kellu bżonn. Joe iħobb jikteb u għalhekk provdejtlu apparat li jeħel mal-kompjuter sabiex ikun jista’ jikteb mingħajr ma juża idejh. Provdejtlu wheelchair, sodda u dak kollu li kellu bżonn biex ikun jista’ jgħix b’din il-marda.”
Fi ftit xhur, il-marda baqgħet taħkem lil Joe, kien għalhekk li Bjorn ddeċieda li jagħmel sorpriża lil Joe Debono. Sabiħ li tapprezza li erġajt ġejt misluf sena oħra u għal dan Bjorn żar għal għarrieda lil Joe Debono f’għeluq sninu. Din il-laqgħa spontanja tista’ tara fil-filmat li ħejjejna.
Tista’ timmaġina kemm Joe ħa gost b’din il-laqgħa! Inzerta li dakinhar kellu l-appuntament tat-tieni vaċċin tal-Covid-19 u għalhekk kien ftit imfixxkel, imma bis-saħħa ta’ din is-sorpriża beda l-ġurnata bit-tajjeb. Ara l-filmat hawn taħt;
News
Nhar is-sibt tellajna ‘The Neriku Jacket Handover Awards Ceremony’ biex nippremjaw nies tant għal qalbna li għinuna tul dawn l-aħħar snin. Kull rebbieħ kellu storja ħelwa xi jgħid dwar l-espejenzi taghħom bħala voluntiera.
READ MORENews
Niki (Nicholas) magħruf bħala l-‘Malti tal-kappell.’ Hu għex diversi postijiet kemm f’Malta u anke barra, saħansitra kien mal-Marines fl-Amerika u ħadem mal-kumpanija Siemens fi żmienu fl-Ingilterra.
READ MORENews
L-4 ta’ Mejju 2023 kienet data ferm importanti fil-karriera tant ambizzjuża ta’ Bjorn Formosa. F’dawn is-seba’ snin ta’ ħadmien, hu fetaħ l-ALS Malta, DAR Bjorn f’Ħal Qormi u għen mijiet ta’ persuni b’kundizzjonijiet newroloġiċi. F’dan il-lejl tant speċjali, wetter xewqa oħra hekk kif l-ALS Malta setgħet ‘tgħin aktar’ grazzi għall-ftuħ tat-tieni DAR Bjorn, did-darba f’Ħaż-Żebbuġ.
READ MOREWe aim to assist the current national neurological population with a state-of-the-art solution.
Subscribe to this mailing list and you will receive updates on the various events ALS Malta organises from time to time