Minkejja l-marda tal-ALS, din il-koppja ma tistax ma tiggustahomx - ALS Malta

 Minkejja l-marda tal-ALS, din il-koppja ma tistax ma tiggustahomx

“Bhala infermiera għint lil ħafna nies, issa hemm bżonn lili” – Josephine

Illum jiċċelebraw 49 sena miżżewġin

Meta Bjorn u Maria kienu qed jipreparaw biex jiftħu DAR Bjorn ta’ Ħal Qormi, jsibu ma’ wiċċhom lil Pawlu. Bjorn jirakkonta kif dakinhar Pawlu kien imbikkem u b’dieqa ta’ qalb jitkellem dwar il-marda li ħakmet lil martu Josephine. Pawlu kien sema bil-marda ta’ Bjorn minn fuq Xarabank u ra li din kienet tixbah lil dik ta’ martu. 

 

“Minn hemm kont għedtlu li Josephine kienet ser tkun waħda mill-ewwel residenti f’DAR Bjorn Qormi” jgħid Bjorn. 

 

Josephine, għamlet 40 sena taħdem bhala infermiera u għenet lil ħafna nies. F’intervista li kienet saret ma’ Josephine kienet qalet, “Għint lil ħafna nies u issa hemm bżonn minn jgħin lili”. L-ewwel sintomi li bdiet tħoss Josephine kienu għejja f’idejha tax-xellug u l-forza bdiet tonqsilha. 

 

“Naċċetta r-rigal li ried jagħtini l-bambin. M’hemmx x’tagħmel” tgħid Josephine fuq il-marda tagħha. Marda li ġiegħlitha tkun dipendenti fuq żewġha Pawlu. Josephine kienet tiddeskrivi ruħha bhala tarbija għax daqhekk kienet dipendenti. Din kienet xi ħaġa li psikoloġikament bdiet taffetwa ħafna l-familja u żewġha Pawlu. 

 

Xħin daħlu f’DAR Bjorn, Josephine tistqarr li, “Ġejna u sibna l-barka t’Alla kollha”. F’DAR Bjorn, Josephine sabet min jista’ jieħu ħsibha, min jagħmilha t-terapija meħtieġa, min jitmaha u jara li qiegħda f’saħħitha. Pawlu seta jgawdi lil martu mill-ġdid billi jiġi jżurha u jara li ma jonqosha xejn. 

 

Illum Pawlu u Josephine qed jiċċelebraw l-48 sena tagħhom miżżewġin. Żewġ amorini li jinħabbu daqs li kieku għadhom ser jiżżewġu. Minkejja d-diffikultajiet li l-marda tal-ALS ġabet fuq din il-koppja, xorta jikkomunikaw u jieħdu ħsieb xulxin. 

Bl-eFundraiser li għamilna, tista’ tagħti rigal fl-anniversarju ta’ Josephine u Pawlu u l-flus li jinġabru jmorru kollha b’risq DAR Bjorn, sabiex inkunu nistgħu nkomplu ngħinu persuni bhal Josephine jiksbu l-indipendenza tagħhom u jgħixu ħajja diċenti bl-ALS. 

 

Jew inkella tista’ tibgħat donazzjoni b’SMS fuq 50618936 (€6.99)

jew permezz ta’ BOV Mobile Pay – 79096249

Other Articles

News

“Qatt ma jgerger dan it-tifel” Cynthia fuq binha Danjel, resident f’DAR Bjorn

Daniel beda jitlef il-movimenti fin-nervituri tiegħu fl-eta’ żgħira ta’ tlettax-il sena. Pero’ dan ma żammux milli jkompli jilgħab il-‘basketball’. Wara fit, omm Daniel kellha twaqqfu għax beda’ jaqa’ ħafna...

READ MORE

News

Help Robert Continue the Fight: Support DAR Bjorn

Robert Bugeja, a dedicated firefighter, faces a life-altering battle with ALS that has gradually taken away his physical abilities. Despite these challenges, Robert remains committed to his work and continues to inspire those around him with his resilience and positive spirit.

READ MORE

News

Filmat: Kyra tirċievi award waqt li qed tieħu r-ritratti flimkien ma’ 8 oħra!

Nhar is-sibt tellajna ‘The Neriku Jacket Handover Awards Ceremony’ biex nippremjaw nies tant għal qalbna li għinuna tul dawn l-aħħar snin. Kull rebbieħ kellu storja ħelwa xi jgħid dwar l-espejenzi taghħom bħala voluntiera.

READ MORE