Marelli: L-istorja inkredibbli ta’ Niki Galea u ibnu Lennon John - ALS Malta

L-istorja ta' Niki

Niki, Pamela u Lennon John fuq Marelli

Niki (Nicholas) magħruf bħala l-‘Malti tal-kappell.’ Hu għex diversi postijiet kemm f’Malta u anke barra, saħansitra kien mal-Marines fl-Amerika u ħadem mal-kumpanija Siemens fi żmienu fl-Ingilterra.

L-istorja vasta ta’ Niki ma tieqafx hemm – hu kellu għal qalbu anke l-futbol u jirrakkonta dwar meta ltaqa’ mal-plejer famuż Pietro Anastasi f’daru stess! Barra minn hekk, Niki u martu Pamela flimkien għandhom tifel li jħobbu b’qalbhom kollha. Dan it-tifel kellu jitwieled propju f’għeluq snin il-kantant tal-‘Beatles’ John Lennon u għalhekk semmewh Lennon John Galea Corse.
Lennon John m’huwiex bħal tfal oħra, hu u jikber il-ġenituri ndunaw li kellu ċertu delays u ma kienx kapaċi jikkomunika u jimxi sew. Niki jgħid li meta ibnu jaqbadlu idu u jbusu hu induna kemm vera hu speċjali. Tagħfsu qalbu x’ħin jaraħ ma jistax jesprimi ruħu u jsib ċertu diffikultajiet. Pamela tisħaq li kienet diffiċli taċċetta d-dijanjosi imma llum il-ġurnata aċċettatha.
Niki u Pamela m’humhiex waħedhom f’din l-isfida imma sabu għajnuna kbira mingħand ALS Malta. Infatti hu jiddeskrivi lil Bjorn bħala “anġlu mis-sema.” Bjorn għenhom billi pprovda lil Lennon apparat essenzjali biex Lennon ikun jista’ jgħix aktar komdu, kif ukoll b’servizzi oħra li jistgħu jiġu bżonn.
Fl-24 ta’ Settembru, Pamela u Niki se jkunu qed jgħinu waqt il-maratona ġbir ta’ fondi. Għinuna intom ukoll biex id-DAR Bjorn Respite issir realta’! U tinsewx – Marelli, kull nhar ta’ Sibt fid-20:50 fuq TVM.

Other Articles