Ara l-intervista: “Kont qed nipprepara biex naqbeż fil-baħar u f’daqqa waħda…” - L-istorja ta’ Pawlu - ALS Malta

 L-istorja ta' Pawlu

“Kont qed niprepara biex naqbeż fil-baħar u f’daqqa waħda…” - L-istorja ta’ Pawlu

Kien is-Sajf, ġurnata bhal l-oħrajn. Pawlu kien qed jipprepara biex jaqbeż fil-baħar, xi ħaġa li kien iħobb jagħmel ta’ spiss. “F’daqqa nħoss weġa’ f’saqajja. Dak il-ħin għedt f’qalbi li ma kienet xejn. Iżda bdejt immur għall-agħar. Anke it-taraġ kien ikolli bżonn l-għajnuna biex nitilgħu” jgħid Pawlu fl-intervista.

 

Pawlu jgħidulu li għandu muscular dystrophy, kundizzjoni li taffettwa l-muskulatura. It-tobba qalulu mill-ewwel li kien ser jintefa fuq siġġu tar-roti. Iżda l-istorja ta’ Pawlu tiggrava meta jaqla’ daqqa ta’ karozza tal-linja.


“Ħabbat ħafna bibien imma kollha sibtom magħluqa. Imma Bjorn mill-ewwel offrieli l-għajnuna. Bagħtlu messaġġ u stedini niltaqa’ miegħu. Bagħtni għand kumpanija u tani siġġu tar-roti ġdid fjamant b’xejn” jistqarr Pawlu fl-intervista.


Bis-saħħa tad-donazzjoni tiegħek, Bjorn seta’ jgħin lil Pawlu jikseb l-għajnuna li kellu bżonn. Nhar il-Ħadd 26 ta’ Settembru għin li Bjorn jiftaħ it-tieni dar.


“Li għamel Bjorn għalija hi kbira għax min hu bhali imnalla kien hu. Nappella biex iċċemplu għax importanti ħafna” – Pawlu.

“Li għamel Bjorn għalija hi kbira għax min hu bhali imnalla kien hu. – Pawlu

Other Articles