Ara l-intervista: Ta’ 5 snin il-ġenituri ta’ Matthew jibdew jaraw tibdiliet drastiċi - ALS Malta

 L-istorja ta' Matthew

Ta’ 5 snin il-ġenituri ta’ Matthew jibdew jaraw tibdiliet drastiċi

Sa meta kellu 5 snin, Matthew kien jgħix bhal kull tifel ieħor. Kien jiġri, l-hena tiegħu jmur jgħum u jagħmel l-affarijiet kollha li tifel ta’ daqsu jħobb jagħmel. Biss il-ġenituri ta’ Matthew jibdew jinnotaw diffikultajiet. Idejn Matthew bdiet tirtrod, Matthew beda jaqa’ mix-xejn, kien qed ikollu ħafna aċċessjonijiet.

 

Il-ġenituri tħassbu għax saħħet Matthew bdiet tirrigressa. Illum Matthew għandu 32 sena u sfortunatament tilef l-abbiltajiet kollha tiegħu. Fl-intervista li tista’ tara fil-filmat aktar l-isfel, titkellem omm Matthew. Ommu tistqarr li, “nixtieq nerġa’ nisimgħu jerġa jgħajjatli mqar żewġ kelmiet”.

 

Minkejja li tilef l-abbiltajiet tiegħu, Matthew baqa’ jitbissem, dejjem ferħan u dejjem jidħaq. “Il-Ħajja dejjem jeħodha b’dik il-kalma u jferraħ lil kulħadd. Id-daħka tiegħu ma tilifiex. Inħobbu wisq u dak l-eroj tagħna” tgħid omm Matthew.

 

Bid-donazzjonijiet li tirċievi ALS Malta, tgħin lil Matthew fl-apparat mediku li jkun jeħtieġ kif ukoll jingħata terapija ta’ fiżjoterapija. Matthew hu wieħed mill-iżgħar pazjenti li għandha ALS Malta. Bjorn qal, “Niftakar li meta kien ġie għandna, Matthew kellu bżonn l-għajnuna urġenti minħabba l-kundizzjoni tiegħu. Għamilna minn kollox biex ngħinuh”.

 

Għalhekk hemm bżonn li nhar il-Ħadd, 26 ta’ Settembru tgħin lil Bjorn biex ikun jista’ jkompli jgħin lil aktar nies.

“Il-Ħajja dejjem jeħodha b’dik il-kalma u jferraħ lil kulħadd. Id-daħka tiegħu ma tilifiex” – Omm Matthew

Other Articles