Ara s-sorpriża ta' Joe Debono f'għeluq sninu - ALS Malta

Is-Sorpriża ta' Joe Debono f'għeluq sninu

“Grazzi ħafna”

Ilu jbati bl-ALS mill-2020

Kien Settembru tas-sena l-oħra (2020), meta Joe Debono tkellem għall-ewwel darba b’mod pubbliku dwar il-marda newreloġika li għandu. Il-pubbliku kien mdorru jara lil Joe Debono bhala komiku u attur. Snin ilu Joe Debono kien ukoll jinterpreta l-karattru komiku ta’ James Bondin fil-programm Xarabank. Waqt Xarabank Speċjali, Joe Debono rrakkonta kif is-sena l-oħra waqt li kien qed jilgħab it-tennis beda jbati biex joħroġ il-blalen mill-but. Joe beda jesperjenza wkoll waqat spissi. Wara ħafna testijiet u operazzjoni f’għonqu baqa’ ma rkuprax u hemm induna li kellu l-ALS. 

 

Bjorn Formosa dejjem ra kif għamel biex sa’ mill-ewwel ġurnata jgħin lil Joe Debono f’kollox. Dan issir ma kull pazjent li jkollu l-ALS, MS u mard newreloġiku ieħor. 

 

“Lil Joe niftakarni kont ammiratur kbir tiegħu meta kont żgħir. Kont inkun ħerqan biex narah. Xħin sirt naf li hu wkoll għandu l-ALS bhali kien xokk kbir. L-ALS tista’ taqbad lil kulħadd! Mill-ewwel provdejtlu l-għajnuna li kellu bżonn. Joe iħobb jikteb u għalhekk provdejtlu apparat li jeħel mal-kompjuter sabiex ikun jista’ jikteb mingħajr ma juża idejh. Provdejtlu wheelchair, sodda u dak kollu li kellu bżonn biex ikun jista’ jgħix b’din il-marda.”

 

Fi ftit xhur, il-marda baqgħet taħkem lil Joe, kien għalhekk li Bjorn ddeċieda li jagħmel sorpriża lil Joe Debono. Sabiħ li tapprezza li erġajt ġejt misluf sena oħra u għal dan Bjorn żar għal għarrieda lil Joe Debono f’għeluq sninu. Din il-laqgħa spontanja tista’ tara fil-filmat li ħejjejna. 

 

Tista’ timmaġina kemm Joe ħa gost b’din il-laqgħa! Inzerta li dakinhar kellu l-appuntament tat-tieni vaċċin tal-Covid-19 u għalhekk kien ftit imfixxkel, imma bis-saħħa ta’ din is-sorpriża beda l-ġurnata bit-tajjeb.  Ara l-filmat hawn taħt;

Other Articles

News

“Qatt ma jgerger dan it-tifel” Cynthia fuq binha Danjel, resident f’DAR Bjorn

Daniel beda jitlef il-movimenti fin-nervituri tiegħu fl-eta’ żgħira ta’ tlettax-il sena. Pero’ dan ma żammux milli jkompli jilgħab il-‘basketball’. Wara fit, omm Daniel kellha twaqqfu għax beda’ jaqa’ ħafna...

READ MORE

News

Help Robert Continue the Fight: Support DAR Bjorn

Robert Bugeja, a dedicated firefighter, faces a life-altering battle with ALS that has gradually taken away his physical abilities. Despite these challenges, Robert remains committed to his work and continues to inspire those around him with his resilience and positive spirit.

READ MORE

News

Filmat: Kyra tirċievi award waqt li qed tieħu r-ritratti flimkien ma’ 8 oħra!

Nhar is-sibt tellajna ‘The Neriku Jacket Handover Awards Ceremony’ biex nippremjaw nies tant għal qalbna li għinuna tul dawn l-aħħar snin. Kull rebbieħ kellu storja ħelwa xi jgħid dwar l-espejenzi taghħom bħala voluntiera.

READ MORE