- BOV Mobile 79096249
Tanya, omm ta’ sebgħa, hija persuna altruista għall-aħħar, kwieta u b’karattru tal-ġenn tgħidilna t-tifla tagħha Annalise. Minkejja l-kundizzjoni tal-Parkinson’s xorta waħda żammet karattru sod u beqgħet taħseb fl-oħrajn u minn meta daħlet DAR Bjorn, Tanya tgħidx kemm għamlet ħbieb u saret maħbuba mir-residenti kollha.
Ma kinitx faċli biex it-tobba jagħtu djanjosi lil Tanya; l-ewwel sintomi kienu ħasbuhom sinjali ta’ anzjeta iżda peress li hija kundizzjoni progressiva, is-sintomi ggravaw u illum il-ġurnata ilha 7 snin tgħix bil-Parkinson’s. Annalise tirrakkonta kif il-kundizzjoni ġġib magħha diversi sintomi u taffettwa lill-persuna b’effetti xejn faċli. Saħansitra Omaha kienet weqgħet b’tazza f’idejha u spiċċat bil-punti. Eventwalment caret diffiċli biex it-tfal ikunu hemm għal ommhom u jduru biha u jtuha għajnuna kif suppost; “kellha bżonn għajnuna 24/7 – xi ħaġa li ma stajniex noffrulha aħna.”
Wara li Annalise ikkuntattjat lil Bjorn, ALS Malta+ għenuha u pprovdewlha servizzi u apparat ġo darha stress peress li ma kienx hemm post DAR Bjorn. Hi ddeskriviet l-għajnuna bħalha “spalla u barka.” Meta imbagħad kien hemm post, Tanya kellha ċertu biżgħat dwar dan il-pass imma malajr rat li kienet proprju d-deċiżjoni t-tajba. Tanya sabet imħabba, għaqda u support mingħand ir-residenti – affarijiet li kienet nieqsa minnhom meta kienet id-dar maqtugħa mis-soċjeta’ minħabba l-kundizzjoni.
Annalise tkompli tgħid kif DAR Bjorn mhux talli tat ħajja ġdida lil ommha imma anke lil familtha. Hekk setgħu iserrħu rashom minnha u ma kellhomx dak l-inkwiet kontinwu li tista’ tweġġa’ waħeda d-dar. Minħabba n-nuqqas ta’ aċċessibilta’ Tanya kienet donnha maqfula ġo ħabs għax kienet wise diffiċli biex toħroġ. Annalise iddeskriviet lil Maria u Bjorn bħala ‘qaddisin moderni’ u saħqet li meta ommha ddaħlet DAR Bjorn din ħadet in-nifs.
Proprju din il-ġimgħa se nkunu qed naħdmu biex niftħu l-proġett li jmiss – id-DAR Bjorn Respite. Fil-25 ta’ Settembru waqt il-maratona ġbir ta’ fondi se nkunu qed niġbru biex inkomplu ngħinu aktar u aktar nies bħal Tanya .
25-09 … Fil-maratona li jmiss għinuna niftħu dan il-proġett tant bżonnjuż ta’ DAR Bjorn Respite.
Agħti donazzjoni billi tafgħas HAWN.
Ritratti mill-filmat
Muntaġġ u Filmat ta’ Marelli: Johann Caruana
We aim to assist the current national neurological population with a state-of-the-art solution.
Subscribe to this mailing list and you will receive updates on the various events ALS Malta organises from time to time