Filmat: Ta’ 93 sena omm Joe Debono ġiet tara l-aħħar xewqa ta’ binha - ALS Malta

Tħalla siġu vojt b’rispett

Ta’ 93 sena omm Joe Debono ġiet tara l-aħħar xewqa ta’ binha

Ċettina, ta’ 93 sena, omm Joe Debono kienet preżenti waqt it-tnedija tal-aħħar ħolma ta’ binha. Fi pjazza tal-Arċisqof, l-Imdina ġie varat il-proġett Culture on Wheels quddiem ħbieb ta’ Joe Debono u dawk kollha li kienu preżenti. Dan proprju xahrejn biss il-bogħod minn għeluq snin Joe. Dan il-proġett huwa ffinanzjat mill-‘Malta Council for the Voluntary Organisations’ taħt l-iskema VOPs, flimkien ma’ ALS Malta+.

 

 

Dan ser ikun servizz li ser jingħata b’xejn lil persuni ta’ kull eta’ li qegħdin f’siġġu tar-roti.

 

Waqt l-attivita’ li ġiet organizzata ġewwa l-Imdina, ingħata ġieħ mistħoqq lil Joe Debono. Joe kellu post ukoll merfugħ għalih b’ismu fuq siġġu tar-roti. Il-mara tiegħu Tanya, tkellmet kemm kienet inwketata dakinhar tal-ewwel vjaġġ. Dan seħħ jumejn biss il-bogħod minn meta Joe ħareġ mill-isptar. “Imma talinqas imnalla webbes rasu dakinhar għax seta’ jara dan il-proġett. L-ewwel vjaġġ bi prova sar is-sena l-oħra meta Joe Debono kien għadu magħna.  Fit-18 ta’ Settembru ftit jiem qabel il-maratona, r-residenti ta’ DAR Bjorn kienu l-ewwel nies li attendew vjaġġ ma’ Joe Debono fil-Belt Valletta.

 

Bjorn Formosa, l-fundatur ta’ ALS Malta+, semma kemm hu kburi b’ dan is-servizz ġdid li qed jingħata fil-komunita’, u saħaq dwar il-bżonn li l-ALS Malta+ tibqa’ tiġi mejjgħuna sabiex tkompli ttejjeb il-ħajja ta’ persuni li għandhom il-kundizzjoni ta’ l-ALS jew kundizzjonijiet oħrajn simili li jfixklu l-moviment tal-persuna.  Bjorn fakkar ukoll fil-maratona li ser issir fil-25 ta’ Settembru (sitt xhur oħra) biex jinġabru flus ħalli proġetti bħal dawn ikunu jistgħu jsiru.

 

F’din it-tnedija ħsibna li jkun xieraq li dawk li tkellmu fuq dan il-proġett jpoġġu fuq siġġu tar-roti. Dan sabiex verament nemmnu id-diffikultajiet li persuni fuq wheelchair jesperjenzaw. Fl-aħħar tat-tnedija Dun Edgar Vella bierek il-proġett u sellem għall-aħħar darba lil Joe Debono.

 

Għal aktar tagħrif dwar dan il-proġett, wieħed jista jidħol fuq www.facebook.com/CultureOnWheelsALSMalta/ jew jibgħat email fuq cultureonwheels@alsmalta.org.  Jista wkoll iċċempel lil-ALS Malta+ fuq 2131 1311.

 

Ħajr lil

  • Denise Mintoff tal-preżentazzjoni 
  • Malta Council for the Vountary Sector li permezzz tal-Voluntary Organisations Project Scheme iffinanzjaw din l-inizjattiva;
  • Kunsill Lokali ta’ l-Imdina talli għoġobhom jospitaw din is-serata.
  • Kunsill Lokali tal-Belt Valletta;
  • Marco Porsella Flores u Neville Ebejer li qed jagħmlu t-tours; 
  • Mario Mintoff tar-ritratti;
  • Johann Caruana tal-filmat u muntaġġ,
  • Heritage Malta,
  • Il-Kon Katidral ta’ San Ġwann;
  • il-Katidral Metropolitan tal-Imdina;
  • Etienne tal-Black Box għas-sound
  • AF Design u Ican għall-backdrop
  • Il-familja ta’ Joe, u ħbieb oħra li assistew f’ din l-attivita’ fosthom Vince Fabri u Peppi Azzopardi, u lil kull minn attenda, fosthom il ħbieb antiki tal-belt ta’ Joe li kienu fil-grupp ta’ l-Antoniani. 

Ritratti minn Mario Mintoff (Photocity)

Other Articles