Il-Ftuħ ta' Dar Bjorn Żebbuġ - ALS Malta

Il-Ftuħ ta' DAR Bjorn Żebbuġ

Nhar l-4 ta' Mejju

L-4 ta’ Mejju 2023 kienet data ferm importanti fil-karriera tant ambizzjuża ta’ Bjorn Formosa. F’dawn is-seba’ snin ta’ ħadmien, hu fetaħ l-ALS Malta, DAR Bjorn f’Ħal Qormi u għen mijiet ta’ persuni b’kundizzjonijiet newroloġiċi. F’dan il-lejl tant speċjali, wetter xewqa oħra hekk kif l-ALS Malta setgħet ‘tgħin aktar’ grazzi għall-ftuħ tat-tieni DAR Bjorn, did-darba f’Ħaż-Żebbuġ.

Wara li rċieva d-dijanjosi tal-ALS fl-2015, Bjorn offra ħajtu biex iqajjem kuxjenza jgħin lil nies oħra b’dawn l-istess kundizzjonijiet. Dak hu ix-xogħol li qed twettaq l-ALS Malta; tagħti għajnuna, servizzi u tagħmir lill-pazienti b’mard newroloġiku sabbie jgħixu ħajja komda u b’dinjita’ filwaqt li ttoffri serħan-il moħħ għal familiar tagħhom. Din id-dar se tkompli testendi dan ix-xogħol għal saħansitra aktar nies. Dawk il-pazjenti li ma jistgħux jibqgħu f’darhom minħabba l-gravita’ tal-kundizzjoni se jkollhom l-opportunita’ li jibbenefikaw minn kura 24/7 u servizzi attrezzati għalihom.

Qabel kienet fabbrica abbandonata u llum saret dar b’5 sulari, spazji kbar għar-residenti, dawl naturali kullimkien u anke terazzin kbir li jista’ jiġi aċċessat bis-siġġijiet tar-roti. Barra mill-kura, infermiera u professjonisti, id-dar għandha bitħa, ħanut zgħir, kappella, kafeterija, gym u therapy pool. L-ewwel sular se jkun spazju għall-avvenimenti u se jkollu ukoll arti u whiskey li jinbiegħu b’risq l-ALS Malta. Is-sulari l-oħrajn se jkun fihom kmamar għat-30 resident li se jibdew jgħixu hemm. Il-kmamar se jkunu armati b’en-suite u kif ukoll gallarija li tagħti għall-ġnien tar-Respite – Il-proġett li jmiss tal-ALS Malta.

Dal-proġett tant kbir u ambizzjuż ma kienx ikon possibli mingħajr l-għajnuna tal-pubbliku. Is-sapport u d-dpnazzjonijiet dejjem jgħinu lill-fondazzjoni tkompli tistinka u taħdem aktar. Il-mard newroloġiku iħallik paralizzat u diffiċli tgħix ħajja normali bih, għalhekk din id-dar se noun qed toffri kenn u għajnuna għal min hu vera fil-bżonn. Madanakollu, żewġt Edgar xorta m’humhiex biż-żejjed u d-domanda dejjem tikber, għad hemm in-nies ibatu! ALS Malta title li tibqgħu tgħinu aktar filwaqt li huma jgħinu kif jistgħu.
Fl-24 ta’ Settembru l-ALS Malta se tkompli tgħin – ġbir ta’ fondi b’risq id-DAR Bjorn Respite

Other Articles