L-Istorja ta' Salvu - Resident f'DAR Bjorn - ALS Malta

Salvu Ilu jbati bl-ALS mill-2014

“Ma stajtx nibqa’ d-dar tiegħi minkejja rranġajtha”

Ilu jbati bl-ALS mill-2014

Dan Salvu Camilleri, ilu jbati mill-ALS mill-2014. Dak iż-żmien Salvu kien imur jimxi u kien iħoss għejja f’idu. Ftit wara Salvu beda jinduna li anke l-idejn l-oħra qed jiġrilha l-istess. Salvu dak iż-żmien kien jaħseb li minħabba x-xogħol ta’ strapazz li kien jagħmel kien qed iħoss dawn is-sintomi.

 

Iżda l-għejja kompliet taħkmu u kien mar jiċċekkja għand it-tabib. Madanakollu t-tabib ma kien sablu xejn! Biss it-tabib intebaħ li seta kellu l-kundizzjoni tal-ALS. Saru t-testijiet meħtieġa u Salvu ingħata l-aħbar.

 

B’determinazzjoni, Salvu beda jirranġa d-dar biex jagħmilha aktar aċċessibbli. Minkejja li Salvu rranġa d-dar tiegħu, u daħħal l-apparat neċessarju, beda jħossha diffiċli jgħix f’daru stess. Ħajtu ma baqgħetx l-istess. 

 

“Il-kundizzjoni tiegħi baqgħet dejjem nieżla ma stajtx nibqa’ d-dar tiegħi minkejja li rranġajtha. Il-mara ma setatx tibqa’ tgħini” – Salvu

 

Fl-2017, Salvu ingħaqad mar-residenti f’DAR Bjorn u beda jieħu l-kura meħtieġa f’din id-DAR.

“Hawn 24 siegħa hawn il-carers magħna u l-infermiera. Għandna min jagħmilna t-terapija, jagħtina nieklu u jieħdu ħsiebna.” Bhal Saviour hemm hafna nies hemm barra li għandhom bżonn l-għajnuna tiegħek. Int tista’ tgħin biex tinfetah DAR ikbar u ngħinu ħafna iktar nies!

 

Sfortunatament Salvu għadu kemm ħalliena. Kienet aħbar diffiċlli għall-ħaddiema u residenti f’DAR Bjorn Qormi. Salvu kien l-ewwel resident li daħal f’din id-DAR.  

 

Strieħ fi sliem Salv! 

 

Ibgħat donazzjoni flok fjuri fuq:

❤️ SMS fuq 50618936 (€6.99)
🅱️ BOV Mobile Pay – 79096249