"Miegħek Jien sal-aħħar" - Robert waqt iċ-ċerimonja tal-ġkieket - ALS Malta

Jacket Handover Ceremony '25

Il-Ġkieket ta' ALS Malta

Fi atmosfera mimlija emozzjoni u rikonoxximent, saret ir-raba’ edizzjoni tal-Jacket Handover Ceremony organizzata minn ALS Malta ġewwa DAR Bjorn Żebbuġ. Din iċ-ċerimonja speċjali, imtella’ kull sena fuq inizjattiva ta’ Bjorn Formosa, tirrikonoxxi u trodd ħajr lil dawk l-individwi li taw kontribut eċċezzjonali lejn il-kawża tal-pazjenti b’kundizzjonijiet newroloġiċi f’Malta.

Bjorn Formosa, li dis-sena jiċċelebra 10 snin jgħix bl-ALS, irrimarka fuq kif irnexxielu f’dan iż-żmien jiftaħ żewġ djar, jgħin aktar minn 800 persuna, u jibda l-kostruzzjoni ta’ DAR Ġdida; DAR Bjorn Respite. L-islogan tiegħu jibqa’ jgħaqqad: “Miegħek Jien.”

Il-ġakketti ta’ din is-sena ġew mogħtija lil:

  1. Loraine Grech, oħt resident u impjegata fid-Dar li taħdem b’qalbha kollha;
  2. Ivan, ġar ta’ DAR Bjorn u wieħed mill-persuni li għal Bjorn jagħmel kollox;
  3. Peppi Azzopardi, li għen bil-midja sa mill-bidu biex il-kawża tinstema’;
  4. Rachel Vella, li f’mumenti ta’ sfida, baqgħet tagħti b’qalbha kollha;
  5. Robert Bugeja, resident, li dejjem joffri l-għajnuna b’mod volontarju;
  6. Aldo, li jmexxi l-bejgħ tal-kotba biex jinġabru fondi għall-fondazzjoni;
  7. Ivan Busuttil, li jara lil martu kuljum u jagħmel dan b’mħabba kbira waqt li dejjem lest li jgħin.
  8. It-tim ta’ PG Group, li għal snin twal appoġġjaw bil-fondi u l-ġenerożità tagħhom.

Il-maratona b’risq DAR Bjorn se ssir nhar il-Ħadd 31 t’Awissu fuq l-istazzjonijiet kollha, fejn il-pubbliku huwa mħeġġeġ jgħid “Miegħek Jien” u jagħti donazzjoni.

Other Articles