- BOV Mobile 79096249
Dan Salvu Camilleri, ilu jbati mill-ALS mill-2014. Dak iż-żmien Salvu kien imur jimxi u kien iħoss għejja f’idu. Ftit wara Salvu beda jinduna li anke l-idejn l-oħra qed jiġrilha l-istess. Salvu dak iż-żmien kien jaħseb li minħabba x-xogħol ta’ strapazz li kien jagħmel.
Iżda l-għejja kompliet taħkmu u kien mar jiċċekkja għand it-tabib iżda ma kien sablu xejn! It-tabib intebaħ mill-ewwel li kellu l-kundizzjoni tal-ALS. Kien hemm fejn Salvu beda jirranġa d-dar biex jagħmilha aktar aċċessibbli. Minkejja li Salvu rranġa d-dar tiegħu, u daħħal l-apparat neċessarju, beda jħossha diffiċli.
“Il-kundizzjoni tiegħi baqgħet dejjem nieżla ma stajtx nibqa’ d-dar tiegħi minkejja li rranġajtha. Il-mara ma setatx tibqa’ tgħini” – Salvu
Fl-2017, Salvu ingħaqad mar-residenti f’DAR Bjorn u beda jieħu l-kura meħtieġa f’din id-DAR.
“Hawn 24 siegħa hawn il-carers magħna u l-infermiera. Għandna min jagħmilna t-terapija, jagħtina nieklu u jieħdu ħsiebna.”
Bhal Saviour hemm hafna nies hemm barra li għandhom bżonn l-għajnuna tiegħek. Int tista' tgħin biex tinfettah DAR ikbar u ngħinu ħafna iktar nies!
Ibgħat SMS fuq 50618936 għal €6.99
Meta feġġ l-ewwel każ pożittiv hawn Malta, bhal daż-żmien sena kont qiegħed mal-pazjenti ta’ DAR Bjorn u dik kienet l-aħħar darba li ħarġu. Timmaġina tagħmel sena maqful ġo kamra? Bl-għajnuna tagħkom din is-sena organiżajnielhom diversi attivitajiet kif nistgħu.
F’din il-pandemija ta’ covid-19, użajt il-ħin kemm nista’ biex inkompli naħdem għal proġetti tagħna. Ma tliftx żmien iżda pruvajt nagħmel minn kollox biex inkompli ngħin lill-pazjenti ta’ DAR Bjorn, pazjenti oħra li jeħtieġu l-għajnuna tagħna u komplejna l-proġett kbir tagħna.
We aim to assist the current national neurological population with a state-of-the-art solution.
Subscribe to this mailing list and you will receive updates on the various events ALS Malta organises from time to time