- BOV Mobile 79096249
Kulħadd kien ixxukjat bit-tefla ta’ Joe Debono. Kien persuna maħbub minn ħafna. Dejjem bi tbissima u jara kif ser jgħin lil ħaddieħor. Joe Debono u erbgħa oħra ser jibqgħu mfakkrin fuq ħajt ta’ Sliema.
L-ewwel nies li raw dan il-ħajt komplut kienu il-familjari u żewġ pazjenti li jinsabu fuq dan il-ħajt. Ara kif kienet ir-reazzjoni tagħhom billi ssegwi l-filmat;
Fuq il-ħajt ta’ Sliema, dawn il-persuni ser jibqgħu imfakrin għal parti fundamentali li għandhom f’ALS Malta+;
“Tajjeb li nfakkru lil dawn in-nies li kienu parti fundamentali għall-ALS Malta+” qal Bjorn f’intervista li saritlu. Dawn in-nies jirrapreżentaw il-wiesgħa vasta ta’ persuni li ALS Malta+ tgħin. Din il-fondazzjoni tgħin persuni b’kull tip ta’ mard newreloġiku billi tiprovdi servizzi ta’ fiżjoterapisti, councellors u tgħamir li jgħin il-pazjenti jgħixu fid-djar tagħhom. Dan kollu jsir b’xejn.
B’kollox hu estimat li ALS Malta+ tgħin aktar minn 300 pazjent fid-djar tagħhom ġo Malta u Għawdex. Dan apparti t-13-il pazjent li jgħixu DAR Bjorn Qormi. Aktar tard din is-sena ALS Malta+ ser tkun qed tiftaħ il-bibien tat-tieni DAR Bjorn ġewwa Ħaż-Żebbuġ billi tospita 30 pazjent ieħor.
L-inizjattiva l-ġdida ta’ ALS Malta+ hija DAR Bjorn Respite, dar li ser toffri kenn temporanju lil pazjenti b’mard newreloġiku. Pazjenti li jkollhom bżonn jgħixu taħt saqaf b’kura intesiva għal ftit jiem sakemm il-familjari tagħhom ikollhom bżonn. Għalhekk 25 ta’ Settembru ser issir maratona ġbir ta’ fondi fuq l-istazzjonijiet kollha biex din id-dar isseħħ realta.
25.09 – Ser ngħinu aktar…
Ritratti ta’ Johann Caruana
We aim to assist the current national neurological population with a state-of-the-art solution.
Subscribe to this mailing list and you will receive updates on the various events ALS Malta organises from time to time