- BOV Mobile 79096249
Dulur kbir għall-ġenituri
Fit-28 ta’ Diċembru 2020 kulħadd kien ixxokjat għall-aħbar sfortunata ta’ Marcel Pisani. Raġel ta’ 50 sena li ġie irrapurtat nieqes. Marcel kien qed jingħata l-għajnuna minn ALS Malta u kien ser issib postu f’DAR Bjorn il-ġdida. Għall-ewwel darba, l-ġenituri ta’ Marcel tkellmu ma’ Maria Formosa u ser jgħidulna ftit fuq dan ir-raġel.
Ara l-intervista;
Fit-28 ta’ Diċembru 2020 kulħadd kien ixxokjat għall-aħbar sfortunata ta’ Marcel Pisani. Raġel ta’ 50 sena li ġie irrapurtat nieqes. Marcel kien qed jingħata l-għajnuna minn ALS Malta u kien ser issib postu f’DAR Bjorn il-ġdida. Għall-ewwel darba, l-ġenituri ta’ Marcel tkellmu ma’ Maria Formosa u ser jgħidulna ftit fuq dan ir-raġel. Ara l-intervista;
“DAR Bjorn kienet mibgħuta minn Alla għalina, Marcel hu Żebbuġi u Ħaż-Żebbuġ kien iħobbu ħafna” tgħidilna Filippa, omm Marcel. Marcel kien persuna li jkompli ma’ kulħadd. Kollox kien sejjer tajjeb sakemm kellu aċċident u spiċċa b’nofs ġismu paralizzat. Minkejja dan tax-xogħol xorta qalulu li jista’ jżomm postu u kien għalhekk jaħdem mid-dar.
“Kien it-Tnejn, maltemp kbir! Ċemplilna fil-5:00 ta’ filgħaxija u qalilna li ser imur jixtri… Dak il-ħin tefa’ l-mobile u ma smajnix iktar leħnu! …Mar u sparixxa!” jgħid missieru, Alfred.
Marcel kien ilu f’komunikazzjoni ma’ ALS Malta sa minn Ġunju ta’ qabel. Din il-fondazzjoni kienet tagħtih is-servizzi meħtieġa u kien mistenni li jidħol f’DAR Bjorn il-ġdida. Marcel wera xewqa kbira li jidħol u ġieli ta donazzjonijiet biex jgħin l-fondazzjoni titlesti d-dar. Kien għalhekk li ALS Malta ddeċidiet li tiddedika kamra numru 28 għal Marcel, “in-numru li ġejna nfurmati li Marcel ġiet mitluf. Dakinhar ġrat ġrajja inkredibbli” tistqarr Maria Formosa.
Għal dan il-ġenituri ta’ Marcel qalu, “Nirringrazzjawkom u naprezzaw il-ġest nobbli. Nieħdu pjaċir li b’DAR Bjorn qed tgħinu lil min hu b’dawn il-problemi ta’ newreloġiċi. Hawn ħafna bzonn!”. Il-Ġenituri ta’ Marcel appellaw lin-nies biex ikomplu jagħtu għall-proġetti ta’ ALS Malta+. Il-proġett li jmiss hu DAR Bjorn Respite.
Nirringrazzjaw lil ġenituri ta’ Marcel li għoġobhom jitkellmu fuq binhom. Ma kinitx faċli għalihom. DAR Bjorn il-ġdida ser tkun id-dar ta’ ħafna persuni li qed ibatu minn kundizzjonijiet newreloġiċi u qed jistennew l-għajnuna.
Illum f’Jum Id-Duluri għin lil aktar persuni b’kundizzjonijiet newreloġiċi.
Ritratti mill-filmat
We aim to assist the current national neurological population with a state-of-the-art solution.
Subscribe to this mailing list and you will receive updates on the various events ALS Malta organises from time to time