Filmat: Maria b’irwol ġdid ta’ preżentatriċi fuq it-TV - ALS Malta

Maria ser tippreżenta!

“Qatt ma kont persuna tat-TV iżda din għal qalbi" - Maria

Waqt il-programm Fliving Show, Maria Formosa llum ħabbret li ser tkun qed tippreżenta programm fuq TV. Dan ser jibda jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fis-7 ta’ filgħaxija. 

 

Waqt il-programm Fliving Show, Maria Formosa llum ħabbret li ser tkun qed tippreżenta programm fuq TV. Dan ser jibda jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fis-7 ta’ filgħaxija. 

 

“Jien fil-verita ma tantx inħobb nidher fuq it-TV, imma il-ħsieb wara dan il-programm kien xi ħaġa għal qalbi. Bhal ħafna persuni li ngħinu, jien għandi r-raġel tiegħi bil-kundizzjoni u nista’ nifhem minn xix inhuma għaddejin meta mmur inżurhom fid-djar tagħhom” ” tgħid Maria lil Karl. 

 

Dan il-programm bl-isem ta’ Marelli ser ikun qed jixxandar nhar il-Ħamis li ġej fis-7:00 ta’ filgħaxija. Fl-ewwel programm Maria ser tlaqqana mal-kunjata tagħha; Carmen Formosa li ser tirrakonta stejjer li għaddiet minnhom meta Bjorn kien għadu jgħix magħha u kellu l-kundizzjoni. 

 

Marelli ser jixxandar ukoll 

Kull nhar ta’ Ġimgħa, fl-10:00 ta’ filgħodu, 

Kull ta’ Sibt fil-17:00 u

Kull nhar ta’ Ħadd fl-16:30

 

Grazzi Fliving Channel talli dejjem għażiltu li tgħinu lil ALS Malta. 

Ritratti mill-filmat

Muntaġġ u Filmat ta’ Marelli: Johann Caruana

Other Articles