- BOV Mobile 79096249
Tanya Debono (il-mara ta’ Joe Debono) tkellmet ma’ Maria waqt is-serje Marelli. Tanya qalet li qatt ma bassret li Joe ma kienx sejjer lura d-dar. “Ma kontx qed nistennieha li mmorru l-isptar u ma jiġix lura… Ma stennejtix”. Tanya irrakuntat kif dik il-ġimgħa, Joe kien talabha sabiex iġġiblu l-kompjuter magħha l-isptar.
“Ġibli l-kompjuter kien qalli u jien għedtlu li ma nistax. Kont ġejja b’talinja u kelli ħafna xi nġorr dakinhar. Imbagħad it-tifel qabad u ħadulu. Dakinhar stess bagħat il-konferma tal-ktieb li kien kiteb biex ikun jista’ jiġi ppublikat.” tgħid Tanya.
Episodju ħelu li qalet Tanya kien meta xħin ħarġu mill-isptar l-ewwel darba, Joe ried immur b’saħħa l-Belt Valletta. “Għedlu kif sejjer jekk għandna ħerġin mill-isptar u dakinhar kont irrabjajt ftit. Għedtlu, ‘Ħa terġa tissogra’?’… Iżda wara ma ddispjaċinix għax kienet l-unika darba li seta’ jara l-ħolma tiegħu ssir realta. Dakinhar kien organizzat l-ewwel vjaġġ tal-Culture on wheels u dak kien proġett tiegħu”.
Saħħet Joe f’temp ta’ ftit xhur bdiet sejra għalll-agħar… “Kif sirna nafu bil-kundizzjoni tiegħu, għedtlu int ħa tibqa’ d-dar u aħna ser nieħdu ħsiebek… Biss li kieku kont naf kemm DAR Bjorn jieħdu ħsieb ir-residenti, kemm qedgħin bhala familja, il-kura li tatu, kieku kont inħeġġu biex imur”.
L-imħabba li Joe Debono kellu għal DAR Bjorn u ALS Malta kienet kbira wisq. Kien minn tal-ewwel li ta l-għajnuna tiegħu biex jinkisbu l-fondi meħtieġa għad-dar. “L-Aħħar maratona ried ikun hemm, qalli biex nitkellem jien u jien kont b’imsarni f’saqqaja …Iżda wara xħin spiċċajna, kien qalli “Proset kemm mort tajjeb”. Dak il-ħin kienet tfisser ħafna għalija”.
Persważi li fil-maratona li jmiss tal-25 ta’ Settembru, Joe Debono ser ikun qiegħed magħna fl-ispirtu. Din id-darba ALS Malta qed taħdem għal DAR Bjorn Respite, DAR li ser toffri kenn temporanju lil pazjenti b’mard newreloġiku.
Tista’ ssegwi s-sensiela ‘Marelli’ fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Bjorn Formosa u anke fuq FLiving kull nhar ta’ Ħamis fis-7:00pm u l-Ġimgħa fl-10:00am.
Ritratti mill-filmat
Muntaġġ u Filmat ta’ Marelli: Johann Caruana
We aim to assist the current national neurological population with a state-of-the-art solution.
Subscribe to this mailing list and you will receive updates on the various events ALS Malta organises from time to time