- BOV Mobile 79096249
Il-Milied daqt magħna u kulħadd ifittex x’rigali se jixtri! Kultant issibha diffiċli tixtri rigal għal ċertu nies speċjalment min għandu l-ALS jew mard newreloġiku simili! Aħna lil Bjorn qatt ma nkunu nafu x’se nagħtuh għall-Birthday u għall-Milied, imma fl-aħħar għamilna lista. Biex ngħinukom ftit araw din il-lista ta’ 6 rigali li tistgħu tagħtu lil xi ħadd bl-ALS. Biss din il-lista tajba wkoll għal kulħadd!
1. Arti
Mhux faċli għall-persuni b’diżabbilita’ li jkollhom iqattgħu ġranet ġewwa minħabba n-nuqqas ta’ mobbilta’. B’hekk hu ġest sabiħ li tixtri biċċa arti biex issebbaħ id-dar jew il-post ta’ dak li jkun. Riesqa l-Mega XMAS Art Sale fit-18,19,20 ta’ Novembru fejn ser ikun hemm għażla vast ta’ pitturi sbieħ ta’ kull tip, daqs u għamla! https://maltaoutlet.com/collections/art U l-qligħ imur għal ALS Malta+
2. Whisky
Whisky dejjem idea tajba għal rigal; speċjalment għal xi ħadd dilettant. Mingħand MaltaOutlet.com, li hu ta’ ALS Malta+ tistgħu issibu għażla kbira ta’ Whiskys differenti! Prezzijiet vari u anke minnhom limited edition. Araw hawnhekk: https://maltaoutlet.com/collections/collectible-whisky u tkun qed tgħina fil-proġetti tagħna.
3. Ħwejjeġ u aktar
Ħwejjeġ dejjem huma utli! Speċjalment għal xi ħadd li jkollu juża wheelchair, ħafna drabi nies bl-ALS u kundizzjoniriet simili jħossu l-bard minħabba li ma jkunux jistgħu jiċċaqalqu. Għalhekk xi par kalzetti tas-suf, xi beanie ssaħħan jew kutra ħoxna huma rigali verament sbieħ.
4. Prodotti Naturali
Jekk qed tfittex xi ħaġa ġenwina, mela l-prodott lokali l-għażla ideali. Fil-Maltaoutlet issib ukoll l-għasel naturali ta’ Malta u anke il-hand cream magħmul mix-xemgħa taż-żunżan. Żewġ prodotti lokali li jiġu util fil-ħajja ta’ kuljum, jew għal ftit te sħuna jew ma’ xi deżerta l-għasel dejjem bżonn ġewwa d-dar. Dawn iż-żewġ prodotti 100% naturali ġew mogħtija lilna minn bidwi li xtaq jgħinna.
5. Ħinek
Ir-rigali u l-flus m’humiex kollox! Għalkemm kulħadd jieħu gost b’affarijiet materjali, ħaġa ferm isbaħ li tista’ tagħti, speċjalment għal xi ħadd b’kundizzjoni newroloġika hija ħinek. Il-ħin ma ġġibux lura għalhekk importanti li tqattgħu sew ma’ dawk li verament tħobb. Għalhekk, dan il-Milied ara li tgawdi lil dawk ta’ madwarek u tapprezzahom!
6. Donazzjoni
L-iktar waħda ovja! Għal min għandu l-kundizzjoni tal-ALS, donazzjoni lil ALS Malta+ hija ġest sabiħ wisq. ALS Malta+ joffru għajnuna lil diversi persuni b’mard newroloġiku; billi tgħin lilna tkun qed tgħin lilhom! https://alsmalta.org/donate/
Il-Festi t-tajba! Iddeċidejt?
Agħti donazzjoni billi tafgħas HAWN.
We aim to assist the current national neurological population with a state-of-the-art solution.
Subscribe to this mailing list and you will receive updates on the various events ALS Malta organises from time to time