Ara l-intervista: Jagħmel vista l-isptar ħabba kanċer fil-ġilda u jgħidulu li għandu kundizzjoni oħra - ALS Malta

 L-istorja ta' Robert

Robert jagħmel vista l-isptar ħabba kanċer fil-ġilda u jgħidulu li għandu kundizzjoni oħra!

Robert, missier ta’ żewġt itfal u pumpier għal aktar minn 22 sena. Robert jqatta’ ħajtu jsalva lin-nies! Sentejn u nofs ilu, Robert jibda jinnota tibdil f’saħħtu. “L-ewwel ma bdejt il-muskoli bdew jaqbżu waħidhom. Bdejt naħseb li kont qed nittrenja żżejjed. Kont bniedem attiv!” jgħid Robert fl-intervista li tista’ ssibha hawn isfel. 

 

Saħħet Robert tibda tiggrava, beda jiskopri li lanqas jista’ jgħolli idejh, Robert jtenni “Il-mobile ġieli lanqas kont kapaċi inżommu, anke kikkra kienet taqali minn idi”. Dak iż-żmien Robert kien qed jagħmel xi testijiet minħabba li sabulu kanċer fil-ġilda. Xħin rawh l-isptar u ndunaw li kellu muskoli qed jaqbżu bgħattuh mill-ewwel għat-testijiet. Ġimgħa wara, Robert jiskopri li għandu motor neuron disease. 

 

Minkejja li għal Robert m’hemmx fejqan, fl-intervista jistqarr li għandu xortih tajba. “Jien mimli bil-ħbieb li jżommuni pożittiv, anke fuq il-post tax-xogħol. Anke d-dar l-ħin kollu għaddej bid-diski”

 

Robert jemmen li DAR Bjorn hi ta serħan il-moħħ għal ħafna bhalu, “B’DAR Bjorn jien moħħi mistrieħ li hemm min jieħu ħsiebi, għalija dak diġa serħan il-moħħ. X’hemm isbaħ milli tgħin lil ħaddieħor”

 

Nhar il-Ħadd, 26 ta’ Settembru, għin lil Bjorn jiftaħ it-tieni dar ħalli jkompli jgħin aktar persuni bhal Robert. 

“B’DAR Bjorn jien moħħi mistrieħ li hemm min jieħu ħsiebi” – Robert

Other Articles