- BOV Mobile 79096249
L-istorja ta' Charlie u n-neputi
Minkejja t-tbatija tal-kundizzjoni, f’DAR Bjorn ikun hawn ftit ferħ. Mument gustuż kien meta n-neputi ta’ Charlie narawh jimbotta l-wheelchair tan-nannu tiegħu. Xena mill-isbaħ iżda li jġiegħlek taħseb ukoll. Minħabba l-kundizzjoni tal-parkinsons li kienet ħakment lil Charlie, n-nannu qatt ma seta jilgħab jew jieħu ħsieb lin-neputi. Xi ħaġa li għat-tifel ta’ Charlie (missier iż-żgħir) kienet għafsa ta’ qalb.
Charlie daħal f’DAR Bjorn fl-24 ta’ Jannar 2018. Kull fejn kont tara lil Charlie, kont tara lil martu Carmen. Imħabba bla qies! Charlie dam kważi sentejn jgħix f’DAR Bjorn sakemm sfortunatament ħalliena.
“L-aħħar kliem li qalli missieri kienu,’Ħu ħsieb lil mama’” jgħid it-tifel tiegħu fl-intervista.
Int tista’ tgħin lil Bjorn biex jiftaħ id-DAR ġdida ġewwa Ħaż-Żebbuġ. Jonqos l-aħħar ftit sabiex jinġabru l-flus meħtieġa biex din id-dar tkun tista’ tinfetaħ. Għalhekk nhar il-Ħadd, 26 ta’ Settembru, nitolbukom tkunu ġenerużi.
We aim to assist the current national neurological population with a state-of-the-art solution.
Subscribe to this mailing list and you will receive updates on the various events ALS Malta organises from time to time