- BOV Mobile 79096249
L-istorja ta' Ġoġo
Wieħed mill-ewwel għawdxin li ALS Malta bdiet tieħu ħsieb kien John Azzopardi jew kif kien magħruf, Ġoġo. Għawdxi mix-Xewkija li kien dilettant kbir tal-futbol. Ġoġo kellu passjoni kbira fil-politika. Ġoġo beda bir-rogħda madwar sitt snin ilu. Dak iż-żmien Ġoġo u t-tfal tiegħu, Roberta u Annabelle kienu tilfu lil ommhom.
Kienet ta’ ħasda kbira hekk kif saru jafu li missierhom għandu kundizzjoni simli tal-ALS. “F’daqqa waħda lanqas biss seta’ jaqbad tazza, waqaf jimxi” tgħid waħda minn uliedu fl-intervista. Biss Ġoġo sab il-kura u l-attenzzjoni meħtieġa f’DAR Bjorn. Fil-filmat Ġoġo stess jgħid, “Din id-dar bidlitli ħajti kompletament”. F’DAR Bjorn għex l-aħħar 3 snin tal-ħajja tiegħu.
“Ġoġo kien jimla’ DAR Bjorn bil-ferħ, il-ħin kollu jiċċajta. Kellu karattru ferrieħi u b’sens ironiku. L’hena tiegħu jaqbad ma’ Manwel, wieħed mir-residenti f’DAR Bjorn. Nibqa’ niftakar lil Ġoġo fil-ħarġiet li konna nagħmlu l-grawnd. Kienet l-għaxqa tiegħu jara t-tim favorit tiegħu jilgħab”, jgħid Bjorn. Bjorn jsemmi wkoll l-imħabba u għożża li dejjem ra mill-familja ta’ Ġoġo, “Ulied Ġoġo kienu dejjem jiġu jarawh, familja li dejjem tawh l-attenzjoni meħtieġa”.
L-għawdxi nebbiexi ħalla lil din id-dinja nhar l-Erbgħa kmieni filgħodu. Strieħ fis-sliem Ġoġo! Ħu ħsieb lir-residenti sħabek ta’ DAR Bjorn u l-pazzjenti kollha ta’ ALS Malta. Il-Funeral ta’ Ġoġo ser issir nhar il-Ġimgħa, 27 t’Awissu fl-4:00pm fil-parroċċa ta’ Għajnsielem.
Minflok fjuri, nħeġġuk tibgħat donazzjoni lil DAR Bjorn fuq;
SMS 5061 8936 – €6.99
BOV Mobile Pay 7909 6249.
jew online https://efr.alsmalta.org/in-memory-of-gogo-a-gozitan-dar-bjorn-resident
We aim to assist the current national neurological population with a state-of-the-art solution.
Subscribe to this mailing list and you will receive updates on the various events ALS Malta organises from time to time