- BOV Mobile 79096249
L-istorja ta' Manwel
20 sena ilu, Manwel jirċievi l-aħbar li qabditu multiple sclerosis. Din hija kundizzjoni fin-nervituri fejn jibdew jittieklu ftit ftit. Ħajjet Manwel tinbidel f’daqqa. “Dak iż-żmien kelli 24 sena, bhal ħaddieħor kont naħseb li ser tgħix ħajja normali, xi ħadd qisu jdawwarlek l-isteering u jgħidlek minn hawn trid tgħaddi”.
Manwel jirċievi l-aħbar. fis-Sajf! Beda billi ħass ċertu tnemnim, minn hemm beda jagħmel it-testijiet u irriżulta li għandu din il-kundizzjoni. “Għal-bidu lanqas biss kont naf x’inhi. Din kundizzjoni li dejjem tiprogressa. Ma tħallilek saħħa ta’ xejn … la tikteb, la tara, la timxi… xejn!”
Hi frustranti u iebsa għall-persuni li jibdew jitilfu l-indipendenza tagħhom bin-nuqqas ta’ muskoli. Il-qraba ta’ Manwel kien xokk għalihom, “filli ġuvni mimli saħħa u qed tarah immur lura b’dak il-mod. Il-ġisem mhux ħafif u trid l-għajnuna”, tgħid oħtu f’intervista.
Manwel ikollu bżonn l-għajnuna immedjata. Dak iż-żmien kien hemm post vakanti f’DAR Bjorn. “Kieku m’hawnx din id-dar, kienet tkun ħajja impossibbli għal-ħija. Din id-dar tagħtu d-dinjità, qed tagħtih kollox, qed jgħix!” tgħid oħt Manwel. Manwel jiddeskrivi din id-dar bhala post li l-għajnuna issibha faċilment.
“Nappella lil kulħadd biex jagħti kemm jista’ ħalli d-dar il-ġdida li għandu f’moħħu Bjorn tinfetaħ kemm jista’ jkun malajr. B’din ser igawdu ħafna nies li qegħdin fis-sitwazzjoni tiegħi u agħar minni” – Manwel.
Grazzi talli nhar il-Ħadd, 26 ta’ Settembru ser tgħin lil Bjorn jiftaħ it-tieni dar fil-maratona televiżiva.
We aim to assist the current national neurological population with a state-of-the-art solution.
Subscribe to this mailing list and you will receive updates on the various events ALS Malta organises from time to time