- BOV Mobile 79096249
Filmat: “DAR Bjorn Respite huwa proġett illi nemmen ħafna fih” - Julia
Ġurnalista għal-għoxrin sena, l-ewwel editur mara ta’ gazzetta f’Malta, attivista, omm u illum il-ġurnata hija l-Ministru tal-inklużjoni f’pajjiżna. Julia Farrugia Portelli rrakkontatilna kif hi minn dejjem kellha għal qalbha l-inklużjoni u dejjem taħdem u tistinka biex il-valuri li tant temmen fihom taqsamhom man-nies tas-soċjeta’.
Fiż-żmien li għamlet bħala ġurnalista, Julia kienet għamlet feature fejn marret iddur il-Belt b’siġġu tar-roti biex turi n-nuqqas ta’ aċċessibilta’ li kien hawn Malta. Hawnhekk uriet li mhux talli diffiċli li tgħix b’diżabbilita’ imma diversi postijiet bħall-knejjes, bankini, ħwienet u ristoranti ma setgħetx tidħol bis-siġġu tar-roti. B’hekk ħolqot għarfien u ħeġġet li tinbidel l-infrastruttura hawn Malta biex kulħadd iħossu komdu u jkun jista’ jgħix b’dinjita’.
Illum il-ġurnata bħala Ministru tal-Inklużjoni, Julia Farrugia Portelli għadha bl-istess valuri u b’hekk temmen ħafna fil-ħidma ta’ Bjorn u l-ALS Malta +. Hi għenet f’bosta proġetti u anke kienet sponsor ta’ kamra fid-dar il-ġdida. Hi spjegat li min ikollu diżabbilita’ jgħaddi minn problemi u sitwazzjonijiet diffiċli u b’hekk “jagħmel sens li jkollok sostenn ta’ dar akbar.” Il-proġetti li jaħdem fuqhom Bjorn iddeskriviethom bħala bżonnjużi għas-soċjeta’ għax “…Bħalhom m’għandniex hawn Malta għalhekk qed jagħmel bidla tant essenzjali …Bjorn f’għajnejja huwa ispirazzjoni.”
Hi temmet billi qalet li l-proġett ta’ DAR Bjorn Respite huwa proġett li “jkompli jagħti dinjita’ lill-pazjenti u sostenn lill-familja tal-individwu.” Jekk tixtieq tgħinna fit-tnehdija ta’ dań il-proġett segwuna fil-25 ta’ Settembru biex bl-għajnuna tagħkom dejjem ngħinu aktar!
25-09 … Fil-maratona li jmiss għinuna niftħu dan il-proġett tant bżonnjuż ta’ DAR Bjorn Respite.
Agħti donazzjoni billi tafgħas HAWN.
Ritratti mill-filmat
Muntaġġ u Filmat ta’ Marelli: Johann Caruana
We aim to assist the current national neurological population with a state-of-the-art solution.
Subscribe to this mailing list and you will receive updates on the various events ALS Malta organises from time to time