Filmat: Għaliex qed jibku dawn in-nies? X'ġara waqt it-tnedija? - ALS Malta

Tnedija ta' ALS Malta+

Ħamsa spiċċaw jibku waqt it-tnedija!

‘Ser ngħinu’ aktar hija l-għajta ta’ Bjorn għall-maratona li jmiss ta’ nhar il-Ħadd, 26 ta’ Settembru. Fit-tnedija li saret fil-25 ta’ Frar ġewwa Planet Hollywood Malta, it-tim ta’ ALS Malta+ ħasbu biex jagħtu sorpriża lil ħames min-nies. 

 

Dawn il-ħamsa għenu ħafna lil Bjorn u ALS Malta+ fost ħafna… Minħabba li t-tim biddel l-uniformi, l-uniformi l-antika minflok tpoġġiet fuq l-ixkaffa, ġiet mgħotija lil dawn in-nies bhala rikonoxximent. 

Segwi l-filmat;

 

 

Dawn il-voluntiera kienu; 

  • Omm Bjorn (Carmen) u omm Maria (Rose), dejjem kienu ta’ soljev għat-tfal tagħhom. Kif jixhed il-filmat it-tnejn kienu sorpriżi b’dan il-ġest.
  • Christine Cassar; mara li sa mill-bidu nett flimkien mar-raġel tagħha Paul, għenet lil Bjorn fl-attivitajiet. Minkejja d-diffikultajiet ta’ saħħa li għaddejja minnhom, Christine baqgħet tagħti l-ħin tagħha u tgħin lil ALS Malta.
  • Caroline Fenech; mara li flimkien mar-raġel tagħha Noel jgħinu ħafna lil ALS Malta+ biex jinġabru fondi. Ġabret ‘il fuq minn nofs miljun fi pledges minn kumpaniji lokali. Kif ukoll ġabret minn jhedda 25elf ewro li sponsorjat sular f’DAR Bjorn il-ġdida.
  • Jonathan Marmara, voluntier li jgħin ħafna billi jqassam affarijiet li jkunu nxtraw minn www.maltaoutlet.com b’mod voluntarju. Jonathan joffri ħafna ħin tiegħu jgħin din il-fondazzjoni u dejjem kien ta’ spalla għal Bjorn u t-tim kollu. 

 

Kien jonqos biss il-ġakketta ta’ Bjorn li din ser tiġi rkantata dakinhar tal-maratona. ALS Malta+ tixtieq tirringrazzja lil kull voluntier li ta s-sehem tiegħu sabiex l-attivitajiet kollha jkunu ta’ suċċess. 

 

F’din it-tnedija tħabbret ukoll l-inizjattiva l-ġdida li Bjorn u ALS Malta+ qed jaħdmu fuqha; DAR Bjorn Respite. Dar li ser tkun estenzzjoni ta’ DAR Bjorn Żebbuġ fejn ser jingħata servizz ta’ Respite. Dan hu servizz immirat għal dawk in-nies li jkollhom bżonn kura temporanja f’dar residenzjali. 

 

25.09 – Ser ngħinu aktar…

 

Ritratti: Stefan Stafrace Photography

Ritratti ta’ Stefan waqt it-Tnedija fi Planet Hollywood – Malta

Other Articles