Filmat: “Għamilt sentejn nibki kuljum. Il-Familja tfarket” - Joan mara ta’ resident f’DAR Bjorn - ALS Malta

16-il sena tbati

“Għamilt sentejn nibki kuljum. Il-Familja tfarket” - Joan mara ta’ resident f’DAR Bjorn. 

Għal 16-il sena sħaħ, Joan kienet waħidha ddur bir-raġel tagħha, Charlie Cassar b’kundizzjoni tal-ALS. Il-professuri kienu damu sentejn sakemm skoprew x’għandu. 

“Meta saru jafu qaluli li Charlie kellu biss 9 xhur ħajja… Kien ġennini”, tgħid Joan li dak iż-żmien kellha 47 sena. 

 

Waqt Marelli Joan irrakuntat il-ferħ li ħasset meta Charlie instablu post ġewwa DAR Bjorn Qormi. “Wisq għal qalbi li l-bambin tah ix-xorti li qiegħed f’DAR Bjorn. Imdawwar b’imħabba… Kont nervuża  u kont qtajt qalbi, imma issa kalma” tgħid Joan. 

 

Bis-saħħa ta’ DAR Bjorn, Joan tistqarr, “Il-ħin li nkun ma’ Charlie, nipprova ngawdih kemm nista’, naraw xi film u nidħqu”. 

 

Storja ħelwa li ġrat kienet meta Bjorn ċempel lil Joan fuq post għal Charlie. Dak iż-żmien, Joan u Charlie kellhom lit-tifel ser jiżżewweġ u talbet lil Bjorn biex jidħol wara t-tieġ. “Bdejt ninkwieta, iżda Bjorn qalli tippanikjax, ser joħroġ minn DAR Bjorn imlibbes u lest”. 

 

Nhar il-Ħadd, 25 ta’ Settembru, fil-ġbir ta’ fondi ser inkomplu NGĦINU AKTAR. 

Marelli jixxandar kull nhar ta’ Ħamis, fis-7:00pm fuq Fliving. 

Ritratti mill-filmat

Muntaġġ u Filmat ta’ Marelli: Johann Caruana

Other Articles