- BOV Mobile 79096249
“Il-Playstation kienet is-salvazzjoni tiegħu” - Loraine fuq ħuha
Loraine, oħt Mark tirrakkonta kif ħuha minn dejjem kien bniedem ċajtier u jħobb jaqbad ma’ kulħadd. Illum il-ġurnata huwa wieħed mil-iżgħar residenti ġewwa d-DAR Bjorn u minkejja li għandu l-MS, il-karattru tiegħu ma nbidilx!
Mark ilu jbati mill-MS għoxrin sena u tul dan iż-żmien irnexxielu dejjem jegħleb kull ostaklu u jżomm pożittiv. Meta bdew l-ewwel sintomi kien qiegħed Paceville u żelqitlu idu, għalkemm hu ħaseb li kien biss ħa skoss dan ma kienx il-każ.
Flimkien ma’ missieru, Mark kien jaħdem bħala sprayer u kienet l-hena tiegħu li jkun il-garaxx. Sfortunatament wara li telef lil-missieru, is-sintomi gravaw u ma setax ikompli jaħdem. Kien żmien diffiċli mhux għal Mark biss imma anke għal ommu u oħtu – meta wasal fi stat li ma setax jimxi aktar batew ħafna peress li d-dar ma kinitx aċċessibbli għall-wheelchair. Mark sab wens fil-playstation għax kien ikollu jqatta’ ġranet sħaħ maqful ġo kamartu. Hawnhekk Mark iddeċieda li jikkuntattja lil Bjorn għall-għajnuna.
Mark kien isegwih lil Bjorn u sabu bħala spalla fuq xiex iserraħ. Għalkemm kellu t-tir li jidħol DAR Bjorn f’Ħaż-Żebbuġ, kien hemm post u Mark daħal fid-DAR ta’ Ħal-Qormi! Fil-bidu ħaditha bi kbira Loraine li tinfired minn ma’ ħuha u mur joqgħod DAR Bjorn iżda llum hi u ommha huma grati għas-servizzi professionali li qed jingħata. “M’għandix form biex nirringrazzjakom, ma tista’ tgerger fuq xejn.”
Illum Mark jinsab kuntent ħafna u ġewwa DAR Bjorn sab familja u għajnuna kif jixraq. Loraine tiddeskrivi DAR Bjorn bħala serħan il-moħħ – “Ir-Respite hija bżonnjuża.” Fil-25 ta’ Settembru komplu għinuna ngħinu u nferrħu aktar nies.
25-09 … Fil-maratona li jmiss għinuna niftħu dan il-proġett tant bżonnjuż ta’ DAR Bjorn Respite.
Agħti donazzjoni billi tafgħas HAWN.
Ritratti mill-filmat
Muntaġġ u Filmat ta’ Marelli: Johann Caruana
We aim to assist the current national neurological population with a state-of-the-art solution.
Subscribe to this mailing list and you will receive updates on the various events ALS Malta organises from time to time