Filmat: Kienet għadha kemm tasal lura mill-isptar u ħallietna! L-istorja ta' Carmen f’DAR Bjorn - ALS Malta

Juanita fuq ommha

Kienet għadha kemm tasal lura mill-isptar u ħallietna!


Carmen kienet mara dejjem pulita, tħobb titkellem, toħroġ u tiżfen – “kienet tħobb il-ħajja” tgħidilna t-tifla tagħha Juanita. L-ewwel sintomi ta’ Carmen kien fil-vuċi, bdiet titkellem donna fis-sakra u waslet li stat fejn ma setgħetx titkellem aktar. L-ALS kienet kiefra magħha u għamlet biss sentejn bil-marda.

Wara li bdew is-sintomi kellhom jittieħdu xi testijiet u peress li tibża’ mil-labar, dan kien proċess diffiċli mmens. Saħansitra darba minnhom qalgħet il-labar u kellhom jerġgħu jmorru darb oħhra! L-aħbar tal-ALS ma setgħetx tniżżilha Carmen – tilfet l-abbiltajiet li titkellem u tiekol, għaliha kienet tilfet kollox. 

Meta saru jafu bi Bjorn u l-ALS Malta, Juanita kkuntattjat lil Bjorn u hu għenhom fein seta’. Carmen kienet tirċievi servizzi d-dar u oġġetti bħal walker u wheelchair. Meta imbagħad kien hemm post, hi kienet l-ewwel mara li daħlet DAR Bjorn! Ma kienx pass faċli għaliha iżda minħabba d-diffikulta’ u nuqqas ta’ aċċess fit-flat din kienet l-unika soluzzjoni. Hi u r-raġel kienu inseperabbli, dejjem hemm kien ikun ħdejha lejl u nhar.

Sfortunatament il-marda ma kinetx ħanina ma’ Carmen u tilfet ħafna abbilitajiet f’qasir żmien. F’sentejn ma setgħetx titkellem, timxi u tiekol u bdiet that bin-nifs. Hi damet biss xahar ġewwa DAR Bjorn – dakinhar li ħallietna kienet għadha kif waslet lura mill-isptar, kellha ġenn biex tmur lura f’kamritha f’DAR Bjorn, il-post fejn kienet tħossha sikura u ferħana. U propju hemmhekk ħadet l-aħħar nifsijiet tagħha.

Carmen tibqa’ mfakkra DAR Bjorn bħala mara tħobb il-ħajja, qalbha tajba u fuq tagħha – kienet tħobbu lil Bjorn u Juanita tgħidilha li kienet tqisu bħala “is-salvazzjoni tagħha.” Bjorn kien iħobbha dans li kiek nanntu! 

Bħal ma għenna lil Carmen qed ngħinu ħafna u ħafna nies u mhux se nieqfu. Għinuna fil-25 ta’ Settembru biex issa niftħu d-DAR Bjorn Respite u kulħadd jieħu l-għajnuna meħtieġa

 

 25-09 … Fil-maratona li jmiss għinuna niftħu dan il-proġett tant bżonnjuż ta’ DAR Bjorn Respite. 

 

 

Agħti donazzjoni billi tafgħas HAWN

Ritratti mill-filmat

Muntaġġ u Filmat ta’ Marelli: Johann Caruana

Other Articles