- BOV Mobile 79096249
“Missieri ħa r-ruħ DAR Bjorn” - Rita t-tifla ta’ Mario Parrukkier
F’Birkirkara ħafna kienu jmorru jaqtgħu xagħrhom għand Mario l-Parrukkier. Biss minn raġel ibiegħ is-saħħa, Mario taqbdu l-kundizzjoni tal-ALS. Rita t-tifla tiegħu tirrakonta kif darba hu qalilha, “JIen għandi bhal dak tat-television”, fejn kien qed jirreferi għal Bjorn.
Mario u Anne (l-mara tiegħu) iltaqgħu meta kellhom biss tnax-il sena. Minn dakinhar baqgħu dejjem flimkien. Mario xħin kien jiġi mix-xogħol kien jara li l-mara tiegħu ma joqnosha xejn, tant li Anne tgħid li “lanqas biss kelli bżonn dishwasher”. Rita tistqarr fl-intervista li, “…Missieri kien jagħmel kollox hu. L-hena tiegħu lil ommi ma kien ihallieha tagħmel xejn”.
Biss saħħet Mario tibda tmu għal agħar u jindunaw li għandu l-ALS. “Ma konniex nafu kif ħa nqandluh… għal ommi kien tqil wisq” tgħid Rita. Mario llum il-ġurnata jinsab ipparalizzat mingħajr ma jista’ jlissen kelma. “Ta’ missieri ħadtha wisq bi kbira… ma stajtx iniżżilha” tgħidilna t-tifla tiegħu.
Biss wara ħafna xhur ta’ stennija, Mario jiddaħħal DAR Bjorn. “Hemmhekk missieri ħa r-ruħ u anke aħna” tgħid Rita. Mario jinsab kuntent li l-mara tiegħu tista’ tiġi tarah mingħajr tbatija. Is-serħan il-moħħ ta’ DAR Bjorn affetwa lill-familja kollha!
Dan kollu grazzi għad-donazzjonijiet li ALS Malta tirċievi. Għalhekk, nhar il-Ħadd, 25 ta’ Settembru nistednuk biex terġa tagħmel donazzjoni ċkejkna ħalli tgħina NGĦINU AKTAR.
Agħti donazzjoni billi tafgħas HAWN.
Ritratti mill-filmat
Muntaġġ u Filmat ta’ Marelli: Johann Caruana
We aim to assist the current national neurological population with a state-of-the-art solution.
Subscribe to this mailing list and you will receive updates on the various events ALS Malta organises from time to time