- BOV Mobile 79096249
Xahar attivitajiet tal-ALS
Aktar kemm jgħaddi ż-żmien aktar qed noqorbu għal dak li konna ngħixu qabel. Ix-xahar ta’ Mejju hu ddedikat għall-għarfin fuq il-kundizzjoni tal-ALS. F’dan ix-xahar ħsibna biex norganizzaw diversi attiviatjiet biex inqajjmu aktar kuxjenza fuq l-ALS.
F’kull attivita, Bjorn u Maria ser ikunu hemm sabiex jwieġbu l-mistoqsijiet fuq din il-kundizzjoni. Sal-lum il-ġurnata, mard newreloġiku bhal ALS mhemmx fejqan għalih, u persuni bla għajnuna jispiċċaw jgħixu fis-skumdita kbira. Bjorn jiddeskrivi l-kundizzjoni bhala, “qishom rabtuk b’ħabel kbir ma’ ġismek kollu. Ma tistax tiċċaqlaq xejn”. MInkejja dan Bjorn ma jaqtax qalbu u flimkien ma’ tim ta’ nies ikompli jaħdem.
Wara DAR Bjorn Qormi u Żebbuġ, imiss DAR Bjorn Respite li ser isservi bhala post temporanju għall-persuni b’mard newreloġiku li jkollhom bżonn l-għajnuna. Fix-xahar ta’ Mejju ser ikollna dawn l-avvenimenti biex niġbru aktar fondi u nagħmlu din id-dar possibli wkoll.
Dawn huma l-avvenimenti:
15 ta’ Mejju
17 ta’ Mejju
Il-kumpanija Attard & Co. qed torganizza party b’veduta impekkabli tal-Belt Valletta fuq l-MCC. ‘ALS Awareness GATO Party’ ser ikun attivita li żgur m’għandekx titlef. Biljetti minn HAWN.
20 u 21 ta’ Mejju
Għaxaq Music Events ser ikunu għal darboħra qed itellgħu żewġ kunċerti fil-grawnd ta’ Ħal Għaxaq. L-Ewwel serata ser ikun hemm Ira Losco u l-band tagħha filwaqt li fit-tieni serata ser ikun hemm Ivan Grech. Attivita b’xejn bid-donazzjonijiet imorru kollha għall-fondazzjoni tagħna.
Mis-26 sa’ 29 ta’ Mejju
Ser nerġu norganizzaw il-BOOK FAIR fil-warehouse ta’ DAR Bjorn ġewwa Triq il-Kosbor, Żebbuġ. Kull ktieb ser ikun €2 biss! Din id-darba ser inkunu qed inniedu ktieb ġdid bil-flus ser imorru għal ALS Malta. Novella bil-Malti li jekk tħobb taqra żgur trid li jkollok!
Apparti minn dan, Maria Formosa ser tkun qed tibda serje ta’ podcast bl-isem “Marelli”, dan ser ikun bil-għan li jiżdid l-għarfien dwar mard newreloġiku. Marelli ser ikun qed jibda fit-3 ta’ Mejju b’intervista interessanti li jista’ jikxef ftit borom ta’ Bjorn meta kien żgħir.
“Mejju hu x-xahar iddedikat għal-ALS u nixtieq li nagħmlu minn kollox biex aktar nies ikunu jafu b’din il-kundizzjoni. Meta ħloqna l-programm ta’ dan ix-xahar imtlejt b’eċitament kbir u naħseb li għandna xahar ippakjat ġmielu. B’hekk qed nistenna b’ħerqa kbira x-xahar ta’ Mejju” Bjorn.
Ritratti u Poster
We aim to assist the current national neurological population with a state-of-the-art solution.
Subscribe to this mailing list and you will receive updates on the various events ALS Malta organises from time to time