ALS Malta+ hija l-punt ta' referenza għall-persuni li qed ibatu minn mard newreloġiku - ALS Malta

ALS Malta+

Bjorn u t-tim ser jgħinu aktar bis-saħħa ta’ ALS Malta+

Qabel kellu d-dijanjosi uffiċjali, Bjorn Formosa kien diġa fetaħ il-fondazzjoni ‘ALS Malta’ fl-2015 biex jgħin persuni b’ALS.

 

Dakinhar li l-professur qallu li għandu ALS, Bjorn ħarab jiġri għall-ewwel ‘Ice Bucket Challenge’ li kienet saret l-Msida u nġabbru l-ewwel fondi. Minn dakinhar din il-fondazzjoni ma ħarsitx lura u fetħet il-bibien biex tgħin lil aktar persuni. Persuni b’MS, Huntington disease, parkinsons u mard ieħor newreloġiku. B’hekk inħasset il-ħtieġa li ikun hemm tibdil fl-identita u tibda tissejjaħ ALS Malta+. 

 

ALS Malta+ hija l-punt ta’ referenza għall-persuni li qed ibatu minn mard newreloġiku. F’Malta bis-saħħa ALS Malta+, ħafna qed jirċievu l-għajnuna tagħhom bla ħlas f’servizzi li f’Malta ma kienx hawn.  

 

DAR Bjorn li ġiet varata biss sena u nofs wara l-ftuħ tal-fondazzjoni qed tgħin 13-il pazzjent jgħixu b’dinjita. Barra minn hekk, ALS Malta toffri s-servizzi ta’ Fizjoterapija, kura psikoloġika, għajnuna ta’ tagħmir mediku u eletroniku lil 300 pazzjent ieħor f’Malta u Għawdex. Dan kollu jsir b’xejn, bis-saħħa ta’ flus li jinġabru minn donazzjonijiet u affarijiet li jinbiegħu minn www.maltaoutlet.com.

 

Wara li nfetħet DAR Bjorn Qormi mill-ewwel inħass il-bżonn li tinfetaħ it-tieni dar. Dan sabiex aktar pazjenti b’ALS, ikunu jistgħu ikollhom it-terapija li jkollhom bżonn. Biż-żewġt idjar ser ikun hemm post għal 43 persuna biex jgħixu ħajja diċenti taħt superviżjoni ta’ kura kontinwa. 

 

Biss xorta jinħoloq spazju biex aktar persuni jiġi mgħejjuna. Telefonata li daħlet ftit ġimgħat wara li nġabbru ‘l flus kollha għat-tieni dar kienet tgħid hekk; “Għada għandi operazzjoni, tistu tieħdu ħsieb ir-raġel sakemm jien inkun qiegħda l-isptar?’. It-telefonata kellha tieqaf ħesrem u t-tweġiba kellha tkun le. 

 

Servizz ġdid li ALS Malta+ ser tibda taħdem fuqu 

 

Għalhekk is-servizz il-ġdid li ALSMalta+ qed jaħdmu fuqu hu; DAR Bjorn Respite. Dan ser ikun estenenzzjoni ta’ DAR Bjorn Żebbuġ fejn ser toffri servizzi għal persuni li jkunu jixtiequ kura/għajnuna għall-ġurnata jew ftit ġranet biss. Minkejja ċ-ċokon ta’ Malta, xorta hawn ħafna persuni li jeħtieġu għajnuna ta’ dan it-tip. Din l-estenzzjoni ser isservi sabiex aktar pazjenti joqgħodu f’ambjent san, mdawwar bl-imħabba, terapija u kura neċessarja. 

 

B’hekk hemm bżonn li ssir maratona sabiex tinfetaħ din l-estenzzjoni u jibda jingħata servizz ġdid; DAR Bjorn Respite. Din mistenni li ssir nhar il-Ħadd, 25 ta’ Settembru fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali. 

 

Dan kollu hu possibli, grazzi għalik li tgħajt donazzjoni. B’hekk ALSMalta+, Bjorn u t-tim kollu ser ikunu jistgħu jgħinu aktar. 


Tista’ tagħmel donazzjoni billi tidħol fuq www.alsmalta.org/donate , tibgħat sms ta’ €11.65 fuq 50619271 jew BOV Mobile pay fuq 79096249.

Din is-sena ser ngħinu aktar…

Other Articles