- BOV Mobile 79096249
IIl-preżentaturi tal-maratona ser ikunu...
Ilna ħafna nippreparaw għall-maratona ‘926tofinish’, u issa baqa’ ftit jiem! Din il-maratona ser tkun l-aħħar waħda biex jinġabru l-flus kollha meħtieġa biex tkun tista’ tiġi miftuħa DAR Bjorn il-ġdida. Dar li ser tagħti dinjita lil aktar pazzjenti b’ALS u mard newreloġiku ieħor.
Din il-maratona ser tkun qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha. Nibdew fl-12:00pm fuq ‘ONE‘, ‘Fliving‘ u ‘Xejk‘. Nofs siegħa wara nibdew inxandru fuq ‘TVM2‘ biex imbagħad fis-2:00pm ningħaqdu ma’ NET u SMASH. Il-maratona tibqa’ għaddejja sa’ nofsilejl bil-għan li jinġabru l-fondi meħtieġa biex tinfetaħ it-tieni dar u jkun hemm fondi biżżejjed biex aktar pazjenti jkunu jistgħu jkollhom l-għajnuna fid-dar tagħhom. Mid-9:00pm sa nofsilejl ser inkunu qed inxandru fuq TVM flimkien mal-istazzjonijet l-oħra.
Din is-sena il-maratona ser tkun qed tixxandar mill-istudjo ta’ WE Ħal Qormi, fejn kulħadd hu mistieden biex jiġi u jippreżenta d-donazzjoni tiegħu. Min ser jippreżenta?
Bi pjaċir inħabbru li għal din is-sena 8 preżentaturi distinti aċċettaw li jagħtu l-ħin tagħhom u jgħinu f’din il-maratona. Il-maratona ser tibda bil-preżentatur ta’ ‘Espresso’, Wayne Aquilina, kif ukoll Stephanie Spiteri ta’ ‘Illum ma’ Steph’.
Fl-4 ser tkun qed jippreżentaw żewġ ġurnalisti bravissimi, Maria Muscat u Fabian Demicoli. Biex imbgħad fis-6 ta’ filgħaxija ser ikunu qed jippreżentaw, ‘Lisa Libreri; minn NET u l-preżentatur Ben Camille, (proprju ġimgħa qabel jibda jippreżenta ‘X Factor Malta’).
Fit-8 ta’ filgħaxija sa nofsilejl ser jiltaqgħu żewġ preżentaturi ċelebri; ‘Peppi Azzopardi’ u ‘Valerie Vella’.
Tul il-maratona ser inkunu qed naraw stejjer esklussivi minn pazjenti ta’ ALS Malta. Dan il-programm għandu jservi ta’ għajnuna u faraġ għal dawk li għaddejin minn kwalunkwe qtigħ ta’ qalb. Ser niltaqgħu ma’ persuni determinati li jagħmlu minn kollox biex ikompli jgħixu minkejja l-kundizzjoni tagħhom.
X’ser naraw ġdid? Din is-sena il-mużika ser tkun qed tiġi mxandra minn DAR Bjorn il-ġdida (Ħaż-Żebbuġ). Kienet ta’ sfida kbira biex din tista’ tkun possibli. Bħalissa DAR Bjorn il-ġdida waslet fi stadju avvanzat ta’ bini. Il-sular ta’ isfel hu lest u ser ikun hemm il-kantanti li ser ikunu qed ikantaw minn hemm. Dawn il-kantanti ġew żvelati din il-ġimgħa fuq il-paġna ta’ Bjorn. Insibu lil Glen Vella, Claudia Faniello, Amber, Petra, Pamela Bezzina, Daniel Cauchi, Maxine Pace u waħda mill-aqwa bands Maltija Red Electrick.
Glen ser ivara verżjoni akustika ta’ ‘Ħarsa Biss’ flimkien ma’ 3 kantanti stabbiliti; Gaia, Giada u Jasmine.
9/26 to finish – 26 ta’ Settembru għin lil Bjorn jiftaħ it-tieni dar!
Int tista’ tibda tgħin billi tibgħat donazzjoni:
We aim to assist the current national neurological population with a state-of-the-art solution.
Subscribe to this mailing list and you will receive updates on the various events ALS Malta organises from time to time