Filmat: “Meta tawni l-aħbar …Sibt l-ispirazzjoni fi Bjorn” - Christine - ALS Malta

Issib l-ispirazzjoni fi Bjorn

"Meta tawni l-aħbar li kelli marda serja... sibt l-ispirazzjoni fi Bjorn" Christine

L-ewwel darba li Christine u Bjorn iltaqgħu kienu ftit wara l-ewwel maratona ġbir ta’ fondi. Dakinhar Christine marret mal-mama’ tagħha biex tagħti donazzjoni lil Bjorn. Il-laqgħa ma tantx damet, xħin kienet ser titlaq Christine ifettilha tistaqsi lil Bjorn jekk kellux bżonn għajnuna. 

“Kull m’għandi jumejn fil-ġimgħa, nista’ ngħinek? … u ħatafni fil-kelma” tgħid Christine.

Minn dakinhar Christine ma waqfitx tgħin lil Bjorn b’mod volontarju. Iżda sfortunatament, Christine tirċievi l-aħbar kerha. Christine timrad b’marda serja u kien xokk għal kulħadd. Proprju sena ilu, lil Christine jgħidulha li kien fasalha ftit xhur ħajja biss. “Meta ġejt diagnosed l-ewwel ħaġa li għedt, jekk Bjorn jista’ jagħmilha anke jien” tgħid Christine. 

Bjorn kien iddispjaċih ħafna dakinhar meta sar jaf bl-aħbar. Iżda Christine u Bjorn għamlu wiegħda lil xulxin li ser jagħmlu minn kollox biex jaraw DAR Bjorn Żebbuġ tinfetaħ u anke r-Respite. 

 “Bjorn għalija qisu t-tifel tiegħi u ALS Malta hija l-familja tiegħi” – Christine. 

Christine diġa bdiet tgħina għall-preparamenti tal-maratona li ġejja. Tinsewx, il-Ħadd, 25 ta’ Settembru fuq l-istazzjonijiet kollha ser tixxandar il-maratona, Ngħinu Aktar b’risq DAR Bjorn Respite. Dan il-proġett ser ikun qed jgħin bosta pazzjenti li jeħtieġu kura temporanja f’dar apposta biex tieħu ħsieb persuni b’kundizzjonijiet newreloġiċi. 

Ritratti mill-filmat

Muntaġġ u Filmat ta’ Marelli: Johann Caruana

Other Articles