- BOV Mobile 79096249
Danjel beda jitlef il-movimenti fin-nervituri tiegħu fl-eta’ żgħira ta’ tlettax-il sena. Pero’ dan ma żammux milli jkompli jilgħab il-‘basketball’ għalkemm wara fit, omm Daniel kellha twaqqfu għax beda’ jaqa’ ħafna.
Allavolja għaddej minn ħafna tbatija, Danjel qatt ma garr jew weħħel f’Alla. “Jien vera jagħtini eżempju dan it-tifel li għandi” – stqarret Cynthia.
Fit-8 ta’ Mejju, Danjel daħal DAR Bjorn. Il-ġenituru tiegħu kienu diġa kitbuh biex jidħol Ħal Qormi pero kienet mimlija.
“Serrħu raskom għax sal-aħħar tas-sena, Danjel ħa jkun magħna” tirrakkonta Cynthia l-kliem li qalilha Bjorn. Ma setgħetx temmen.
3 darbiet fil-Ġimgħa kienu jżuru DAR Bjorn Żebbuġ waqt li kienet qed tinbena u Danjel malajr offra s-suġġerimenti tiegħu lill-ħaddiema; “Ara għamlu xogħol sew ta’!” .
Hekk kif daħal DAR Bjorn, Danjel saqsa lil Bjorn jekk setgħax jitfa’ l-istatwi tiegħu fuq l-ixkafef fil-kamra ġdida tiegħu. Mhux fuq l-ixkafef biss tefagħhom imma anke fuq l-iskrvanija tiegħu!
“Bjorn huwa l-għajn ta’ kull grazzja” qalet Cynthia. Int ukoll tista tagħti grazzja lil iżjed nies fil-bżonn billi tinagħqad magħna fit-22 ta’ Settembru waqt il-amaratona ġbir ta’ Fondi u toffri d-donazzjoni tiegħek b’risq DAR Bjorn Respite.
Ngħinu lil Danjel—sal-aħħar nifs!
We aim to assist the current national neurological population with a state-of-the-art solution.
Subscribe to this mailing list and you will receive updates on the various events ALS Malta organises from time to time