Ara l-intervista: Carmen mara bi tbissima li Bjorn kien iqisha bhala nantu - ALS Malta

 L-istorja ta' Carmen

Carmen mara bi tbissima li Bjorn kien iqisha bhala nantu

Waħda mill-ewwel residenti f’DAR Bjorn kienet Carmen, mara li kull fejn tmur kienet iġġorr it-tbissima unika tagħha. Carmen taqbadha l-kundizzjoni tal-ALS. Carmen tibda titlef leħinha, jibda jkollha problema biex tibla’ l-ikel u f’temp qasir ma setatx tiekol ukoll. Dawk kienu l-ewwel sintomi għal Carmen. It-tifla tagħha Juanita ddeskriviet kif kienu jkunu l-ewwel ikliet tagħhom wara d-dijanjosi, “konna noħorġu nieklu u l-mejda kienet tkun kwieta”.

 

Juanita tgħid ukoll li wara ftit bdiet titlef l-abbiltà li ċċaqlaq idejha, “kienet tmur tilgħab il-karti u ma tistax iżomm il-karti f’idha. Missieri kien imur jgħina”. L-ALS hi marda li ma tista’ tieħu xejn għaliha, m’hawnx terapija li tista’ tfejjqek, ma tistax tagħmel eżerċizzju biex tfieq, taf dejjem li bl-ALS ser tigrava.

 

F’DAR Bjorn isir minn kollox biex il-pazjenti jgħixu ħajja aħjar, fejn ma jkun jonqoshom xejn. F’DAR Bjorn il-pazjenti ikunu mħarsa lejl u nhar minn carers professjonali, jingħataw jieklu u jerġgħu jiksbu ħajjithom lura. Għalhekk hemm bżonn iktar minn qatt qabel li tinfetaħ dar ġdida.

 

Bjorn lil Carmen għena ħafna, f’DAR Bjorn kien jgħajtilha ‘nanna’ u tista’ timmaġina kemm kienet diffiċli kemm għalih u għall-familja kollha ta’ DAR Bjorn meta Carmen ħallietna. “Bjorn beka wisq dakinhar. Konna qisna familja”, tgħid Juanita.

Nhar il-Ħadd 26 ta’ Settembru, għin lil Bjorn jiftaħ it-tieni dar.

 

Segwi l-Intervista;

 

“Kienet tmur tilgħab il-karti u ma tistax iżomm il-karti f’idha. Missieri kien imur jgħina” – Juanita

Other Articles